Monday, October 20, 2008

L-Għani (Luqa 12:13-21, Verżjoni: skond jien)

Wieħed Malti
"ġabar kotra ta’ frott mir-raba tiegħu.”
(Lk 12:16)
------------

Il-Qawl Malti bl-leħen għoli u ħafna kburija qallu:
"Erfa’ w Sorr għal meta tiġi bżonn!"
---------

U allura l-Malti, ta’ Malti għaqli li kien,

“beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu,
'X’se nagħmel? Għax dan il-frott kollu
m’għandix fejn naħżnu!' ”
(Lk 12:17)
-----------

Iżda kien determinat li jagħmel hekk kif qallu l-Qawl Malti u allura
…wara ħafna ħsieb ;-) ...
...x’imkien ;-) ...
…f’xi waħda mil-kantunieri kollhom għanqbut li kellu f’moħħu ;-)…
xegħlet bozza!!

“Ara x’nagħmel,” qal,
“inħott l-imħażen li għandi
u nibni oħrajn akbar,
u naħżen fihom…”
(Lk 12:18)

-----------
Il-Qawl Malti, t’għaref li kien, żerżaqlu kelmtejn oħra:

“Darba tgħix ħabib!
Kull u tpaxxa għax-għada għal-ġol kaxxa!”

---------
Il-Malti kien kemmxejn dubjuż iżda
…ta’ Malti Patrijott li kien ;-)…
għoġbitu l-idea!!

“ngħid lili nnifsi:
‘Ruħi għandek ħażna kbira ta’ ġid għal bosta snin;
mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!”
(Lk 12:19)

----------

U Alla, bla ebda kburija, iżda b'leħen qawwi qallu:
“Iblaħ li int!”
(Lk 12:20)

Tassew li “darba biss tgħix” u tassew li “għada għal-ġol Kaxxa”:

“Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura”
(Lk 12:20)

U, filwaqt li dak il-povru Malti prova jirkupra mix-xokk kbir li ħa, sema ‘l Alla jistaqsieħ:

“Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik ta’ min ikunu?”
(Lk 12:20)

-------------

Il-Malti baqa ssummat!
…U x’imkien fil-fond ta’ qalbu, dak il-Malti*, sema lil Alla jgħidlu:

ARA MA JFETTILEKX!!!

--------------

…l-istorja ta' dak il-malti kompliet…
...għal kull Malti ieħor li jrid japplikaha l-istess storja għalih din tkompli…


---------------

(*Ma nirrefferi għal ħadd ħlief għalija nnifsi! Ridt nuża l-kliem ta’ Ġesu, iżda billi l-istorja kienet fil-maskil ma kienitx possibli li nuża ‘ruth’. L-istorja kienet fil-passat u l-persuna ta “hu” u b’hekk anqas ma stajt nuża (l-persuna, fil-passat) “jien”. L-alternattiva kienet li nuża l-kelma “Malti” minħabba li din il-kelma ċertament tirrefferi/tinkludi u/jew tirrapreżenta lili wkoll. …ma stajtx nuża “Maltija” …b’kelma feminili ma stajtx inżomm il-kliem ta’ Ġesu!!!)

If you're pro-life you GOT TO do this!

If you're pro-life you GOT TO do this!
Click the picture to go to the page and to like it: your like counts!