“It-Tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid!”
…u min jaf kemm il-darba ħareġ barra jippriedka bilqiegħda fuq siġġu!!! ;-)
------------
…imma għaliex?
…għaliex din l-insistenza kollha?!
Dun Ġorġ, ukoll jekk għex fis-seklu l-ieħor, ma tantx kien ‘ta’ wara l-muntanji’!! Illum kulħadd jirsisti għat-tagħlim u l-edukazzjoni. Kulħadd (ġeneralment) irid l-aħjar għall-uliedu! Kulħadd irid jilħaq u javvanza!!
Imma biex nilħaq u navvanza, irrid u ma rridx, BILFORS irrid nitgħallem! (…għax anke jekk tkun taf xi ras kbira …u b’xi mod jirnexxilek issib xi pożizzjoni tajba... xorta mistenni tagħmel xogħlok sewwa = almenu titgħallem dak li għandek tagħmel f’dik il-pożizzjoni!!!)
It-Tagħlim BLA DUBJU huwa mportanti!
----------
Illum la twebbsux qalbkom
iżda isimgħu leħen il-Mulej!
…Hekk qal il-versett ta’ qabel l-Evanġelju!
Huma l-Kliem li qal Alla lil-Poplu Lhudi wara li dan ma riedx jisimgħu!!
Il-Poplu t’Alla dam 40 sena jdur f’deżert!!
…u aħna?!
…JIEN?!
----------
JIEN kemm se ndum indur?!
…kemm se ndum indur qabel nisma’ lil Alla?!
…jew forsi MA RRIDX nisma?!
----------
“ma riedux jiġu” !!!! (Mt 22:3)
…ma riedux imorru għall-ikla li ħejjilhom Alla!!!
-----------
…biex qed tistgħaġeb rut?
…int mhux bħalhom tagħmel? :
“…ma tawx kas: min mar l-għalqa,
min għan-negozju tiegħu…” (Mt 22:5)
Għalqa u negozju m’għandekx! (veru)
…imma skużi oħra għandek kemm trid!!!
---------
Illum l-Knisja f’Malta qed tiċċellebra
Jum it-Tagħlim Nisrani
u filwaqt li tgħidilna
li l-istess Tagħlim
mhuwhiex biss għat-tfal,
tħeġġiġna ninterressaw ruħhna.
---------
Dawn kienu l-kliem li fetħu l-omelija ta’ llum.
Dawn huma l-kliem li bihom ngħalaq jien.
Kristu jistenna minni tweġiba.…imma x’se tkun iħalli f’idejja!
---------Nhar il-Ġimgħa 10 t’Ottubru, ġewwa l-Canada, l-‘abortionist’ ewlieni tal-post ingħata mill-awtoritajiet l-ogħla premju possibbli ta’ l-istat. Bi tweġiba għall-dan l-att orribbli, l-Knisja fl-istess post, llum, il-Ħadd 12 t’Ottubru qed titfakkar ġurnata b’risq il-ħajja.
(ara: http://www.lifesitenews.com/ldn/2008/oct/08101001.html).
Il-link t’hawn taħt huwa vidjo relatat: http://www.youtube.com/watch?v=1gJPqmEybmg
------------
(Stampi, għalkemm bosta drabi maqtugħa, kienu misjuba fuq l-‘internet’ u jibqgħu propjeta tas-sidien veri tagħħom)