Min jiftakar il-mument li fiħ ġie San Pawl – ħadd. Imma min jiftakar il-mument li fiħ ġie l-Papa fl-2010?...probabbli kull Malti!
Meta f’Mejju ta’ 2010, sentejn ilu, ġie l-Papa f’Malta, dik is-sena konna qegħdin niċċellebraw il-1950 anniversarju mill-miġja ta’ San Pawl fil-gżejjer tagħna.
Illum, sentejn wara, din il-miġja tal-Papa fostna – bħaż-żewġ miġijiet tal-Papa Ġwanni Pawlu li niftakar jien – ma nistax ninsieha …u aqqas ma rrid!
Ħadd minnha ma jiftakar il-miġja ta’ San Pawl imma l-miġja tal-Papa fostna żgur li xegħlet f’ħafna minnha l-fidi li ġabilna San Pawl.
Jiena ma nafx meta raga ġej il-Papa imma nittama li ma jkunx f’xi anniversarju ieħor li jikkonċerna lill San Pawl as such – għax inkella x’sa ngħamlu? Nistennew xi 25 sena oħra – il-1975 anniversarju? :-(
Dnub li l-Papiet saru jużaw l-ajruplani għaliex kieku jużaw il-vapuri, kieku minjaf, forsi Alla kien jerġa jgħamilha – iqajjem maltempata u jdawwarhom lejn Malta! ;-)
St Paul's Shipwreck in Malta
View more presentations from ruth (Malta).
Il-Festa t-tajba lill-kulħadd – speċjalment lil kull min jismu Paul
- fosthom Paul taz-zija Doris u z-ziju John :-)