Sunday, June 26, 2011

Corpus Christi


"Nutriti dall'Eucaristia,
uniti alla Chiesa,
accettando le proprie croci,
fate esplodere nel mondo
la vostra carica di fede
e annunciate a tutti
la misericordia divina!"

(Blessed JP2 to the Youth
on the 4th of April 2004, Rome.) 

Sunday, June 12, 2011

Kelma ta' L-Isqof f'Mument ta' Prova ghall-Kattolici Maltin


Il-Kattolici VERI ta' Malta ghaddejjin minn zmien ta' prova kbira - l-Isqof ukoll jammettiha - u f'dan il-mument, l-Isqof qalilna li irridu nghelbu kemm il-dizzappunt kif ukoll ir-rabja u NGHIXU l-Fidi taghna. Qal illi MA NISTGHUX iktar nghixu l-Fidi "b'mod komdu u t-telqa".

Wednesday, June 1, 2011

Se nibnu – jew aħjar INKISSRU - l-futur ta’ Malta fuq il-bażi tal-IRresponsabbilta?

Iva, ir-riżultati tar-Referendum huma ċari: l-Maltin għażlu d-divorzju pero din, kemm hija deċizjoni responsabbli?

Il-Partit Laburista ħanbaq fuq li ħanbaq li “vot le, vot għal Gonzi”. ĦAFNA nies – anke Nazzjonalisti - xebgħu min-Nazzjonalisti u riedu “juruhom” u oħrajn – fosthom bosta li jsejjħu lilhom infushom "Kattoliċi" - qalu li l-knisja missha qatt ma “ndaħlet” u għax “indaħlet”, jien IVA wkoll ħa nivvotta “ħa titgħallem”.*

ĦADD ma jiġi jbellaħielna li din ma kienetx għażla bażata fuq l-irresponsabbilta minn-naħa tal-maġġorranza ta’ dawk li vvottaw “iva”.

Ngħid li minn-naħa tal-maġġorranza u mhux kulħadd għaliex kien hemm fost dawk li vvottaw iva min kien ingannat.

Xi ħadd/persuni mexxewha lill-anzjani li “fil-kaxxa s-safra” kellhom jivvottaw “għax tal-Papa” u kien hemm anzjani li kienu ĊERTI li tassew fl-isfar kellhom jivvottaw jekk kienu kontra! (Min kien b’xortiħ sab min ifehmu, min ma kienx tefa' l-vot kontra l-għażla personali tiegħu/tagħha.)

113,000** persuna ma vvutawx u fosthom bosta Laburisti li ma riedux jagħtu l-vot “lill-Gonzi” u persuni li qalu “Jien personalment kontra d-divorzju imma nidħol bejn ħaltejn minħabba f’dawk li msieken iż-żwieġ tagħhom ma jnexxiex.”

Qalu illi l-Knisja “intimidat” lill-dawk li kienu favur id-divorzju. Il-Knisja ma ntimidat lill-ħadd. Min ried jivvota “iva” IVA ivvota, b’aktar ħeġġa u dawk li qagħdu lura milli jivvottaw “iva” għamlu hekk BISS għax il-kuxjenza tagħhom ma ppermettitilhom jivvuttaw xejn għajr “LE” – jew jastjenu.

Min prova jbellaħielna li l-“Knisja” kienet qed tbeżża n-nies kellu kampanja SĦIĦA favur id-divorzju bl-iskuża tal-“miskin” u kienu DAWN li intimidaw mhux il-Knisja. Għajru lill-dawk ta’ kontra “egoisti” għax kontra l-“imsieken”.

Jien Kattolika imma mhux se niddejjaq ngħid li l-Knisja f’Malta, fl-opinjoni tiegħi, baqgħet ferm lura fil-kampanja tagħha kontra. Kienu l-isforzi ta’ persuni lajċi li VERAMENT irrsistew kontra d-divorzju. L-Isqfijiet ġew jagħmlu apoloġija f’każ li weġġgħu lill-xi ħadd. L-iktar persuni li weġġgħu, bla dubju ta’ xejn kienu dawk ta’ KONTRA d-divorzju għaliex flok appoġġat bis-sħiħ lill dawk li rsistew favur il-familja maqgħuda, l-Knisja f'Malta qgħadet b’seba’ għajnejn, tikkoreġġi u tiċċensura lill dawk li tkellmu!

Ħafna minn dawk li jridu id-divorzju, iriduħ għax qalbuha lill-mara jew lir-raġel jew għax ħadu grazzja ma xi ħadd li MHUX tagħhom u bosta mill-kumplament żgur illi vvottaw iva għax emmnuha li “ħeqq imsieken l-imsawwtin” u “ħeqq imsieken min iż-żwieġ tiegħu/tagħha tkisser” – mingħajr ma fehmu li:

1. Min issawwat lill-mara issa se jingħata d-dritt JARMI lill-martu u jiżżewweġ oħra: BIL-BARKA TA’ L-ISTAT

2. Min iż-żwieġ tiegħu/tagħha tkisser u ħabb verament, mhux id-divorzju jfittex imma l-għaqda mill-ġdid u/jew li jreġġa lura l-arloġġ għall-GĦAQDA!

Dawk ta’ kontra d-divorzju m’għandhom ebda nteress jaqilbuha lill-żewġghom jew marthom biex “jiżżewwġu” mara/raġel ieħor u ĦADD minnhom m’għandhom interess IKISSER l-familji – iristew għall-għaqda u waqajnihom għaċ-ċajt u r-redikolu.

Missiriejitna bnew u ftaħru bil-familji u s-soċjeta tagħna u aħna irridu nkissruha. Da x’ġenn hu??

Dawk favur id-divorzju mxew b’mod irressponsabbli. Ingannaw lill-poplu Malti u bnew il-kampanja tagħhom fuq il-gideb. Għamlu dan ir-referendum ħaġa politika u dan kollu għad-dannu tal-familji u s-soċjeta Maltija.

Fuq it-tkissir u din l-irresponsabbilita ser nibnu – jew inkissru – is-soċjeta tagħna? Il-politiċi qegħdin hemm biex jiddefendu is-soċjeta Maltija. Sa issa kienu bosta dawk li farfru u ħaslu jdejhom - se jkomplu sejrin hekk? Nittama li le. Nittama li lkoll ikunu kuraġġużi biżżejjed biex jaqdu dmirijiethom b'mod responsabbli minflok: jekk ma jagħmlux dan, min ser ibati jekk mhux il-poplu Malti - aħna!

-------------

*Dawn KOLLHA affarjiet li qrajna fil-gażżetti, rajna fix-xandir, u/jew smajna b’widnejna stess. Min irid il-provi għax ma rax/sema' x’aktarx li ma kienx qed jgħix f’Malta. Jekk pero idur ftit jifittex u jistaqsi jagħraf li dan kollu minnu.

**Madwar

If you're pro-life you GOT TO do this!

If you're pro-life you GOT TO do this!
Click the picture to go to the page and to like it: your like counts!